Nilqgħek fil-paġna elettronika tal-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, l-Ħamrun. Permezz ta' dan is-sit tista’ tinforma ruħek dwar l-attivitajiet u l-inizjattivi tal-Parroċċa u ssib riżorsi oħra sabiex titħeġġeġ u tidħol f’esperjenza ta’ talb u tifħir lil Alla. Marija Immakulata hija l-mudell tad-Dixxiplu l-aktar perfett ta’ Ġesù Kristu. Hi tkompli tidderiġina kif għamlet fit-Tieġ ta’ Kana u tgħidilna: “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu”.
Il-paġna elettronika ġiet iddisinjata sabiex tinforma u toffri diversita’ ta’ interess għal persuni f’kull stat tal-ħajja għax fi triqatna lkoll neħtieġu għajnuniet spiritwali. Għalhekk merħba tassew u nittama li ssib mezz kif dak li jidher fiha jgħinek tiżviluppa t-twemmin tiegħek u tagħti glorja lil Alla, l-Għajn ta’ kull ġid.
Nixtieq ukoll li l-paġna elettronika tal-Parroċċa ma tkunx biss għal dan li semmejt, iżda li tmur lilhinn u sservi sabiex min jidħol fiha jagħti kontribut permezz ta’ suġġerimenti siewja li jagħmlu l-inizjattivi pastorali aktar miftuħa b’firxa akbar ta’ kontributuri u ideat ġodda. Dan huwa mitlub minn kull nisrani attiv għat-tixrid tal-Bxara t-Tajba u l-glorja t’Alla.
Nitlob lil Mulej ibierek lilek u jseddaq ix-xewqat tajba tiegħek.
Merħba fis-sit tal-Parroċċa
Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun
Fr. Franco Fenech
Kappillan
Mill-ħajja tal-Parroċċa
Il-Festa tal-Għid il-Kbir hija l-akbar festa tal-Knisja. Il-Qawmien mill-imwiet ta' Ġesu hija l-unika raġuni li għalija l-Knisja teżisti. Kieku Kristu ma qamx mill-imwiet, il-fidi tagħna hija inutli. Huwa għalhekk li l-Knisja tagħmel ġimgħa sħiħa tiċċelebra l-Għid il-Kbir, u ħamsin jum tiċċelebra l-Qawmien ta' Kristu.
F' dan iż-żmien ta' tiġdid, il-Knisja tirrifletti fuq il-Qawmien. Ittina l-Atti tal-Appostli bħala qari fil-liturġija biex tfakkarna kif l-esperjenza tal-Qawmien wasslet għall-eżistenza tal-Knisja. Matul il-Ħdud, tgħinna nħarsu lejn Kristu fid-dawl tal-Qawmien, Hu r-ragħaj t-tajjeb tagħna, il-Ħniena Divina ta' Alla, id-Dawl tagħna. Fl-aħħar ta' żmien il-Għid, il-Knisja tfakkarna fid-don tal-Ispirtu Qaddis, li wiegħdna u li tana biex imexxina fil-ħajja tagħna ta' nsara.
Żmien il-Għid
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Ħadd qabel il-festa tal-Għid il-Knisja tibda l-Ġimgħa l-iktar importanti tagħha, il-Ġimgħa Mqaddsa. Tibda din il-Ġimgħa b' mixja, l-istess mixja li għamel Ġesu biex daħal fil-Belt ta' Ġerusalemm. Huwa għalhekk li l-Knisja tibda din il-Ġimgħa, bit-tberik tal-friegħi tal-Palm u ż-żebbuġ, u ssir purċissjoni sal-Knisja fost il-Kant tal-Hosanna.
Ħadd il-Palm huwa wkoll il-Ħadd fejn nisimgħu ir-rakkont tal-Passjoni u l-Mewt ta' Ġesu u niftakru li dan is-Sultan tagħna li aħna għażilna li nimxu warajh, huwa sultan li tana kollox.
Agħfas għal iktar informazzjoni
Ħadd il-Palm - Bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Ir-Randan jintemm fil-jum tal-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Ħamis filgħodu issir ċelebrazzjoni Ewkaristika waħda, fil-Konkatidral ta' San Ġwann fejn l-Arċisqof ibierek iż-żjut li jkunu se jintużaw fil-knejjes kollha ta' Malta matul is-sena. Jitbierku ż-żjut tal-Katekumeni (dawk li se jirċievu l-Magħmudija), tal-morda u tal-griżma. Wara ċ-ċelebrazzjoni, dawn iż-żjut jitqassmu fil-knejjes kollha ta' Malta.
F' din iċ-ċelebrazzjoni jattendu s-saċerdoti kollha, f' quddiesa li tfakkar ir-rabta u l-għaqda fil-Knisja u b' mod speċjali it-twaqqif tas-saċerdozju. Waqt iċ-ċelebrazzjoni, is-saċerdoti jerġgħu iġeddu l-wegħdiet tagħhom
Ħamis ix-Xirka - Tberik taż-żjut
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Il-Ħamis filgħaxija, l-liturġija toħodna fil-kamra taċ-ċenaklu. Kristu fil-lejl li fih kien ittradut, għamel żewġ azzjonijiet mill-aktar importanti, li t-tnejn jitfakkru b' mod speċjali f' dan il-jum. L-ewwel azzjoni li ssir b' mod simboliku fil-knisja hija l-ħasil tar-riġlejn. Kristu l-Mulej jagħmel l-azzjoni tal-iskjav u jaħsel riġlejn l-Appostli. F' din l-azzjoni naraw t-twaqqif tas-saċerdozju. It-tieni azzjoni hija l-ikla mad-dixxipli, li matulha jieħu l-ħobż u l-inbid u jaqsamhom mad-dixxipli u jitlobhom jibqgħu jagħmlu dan b' tifkira tiegħu.
Fit-tmiem taċ-ċelebrazzjoni, is-Sagrament jitneħħa mit-tabernaklu u jitpoġġa f' artal apposta. F' dan il-lejl li fih jitneżża l-artal, mħeġġin ninġabru fit-talb quddiem l-Ewkaristija sabiex nishru ma' Ġesu'.
Ħamis ix-Xirka - Tifkira tal-Ikla tal-Mulej
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Il-jum tal-Ġimgħa huwa l-jum li fih infakkru l-passjoni u l-mewt ta' Ġesu. Fit-3pm ssir funzjoni liturġika ikkaratterizzata mis-skiet. Quddiem dan il-misteru kbir, il-bniedem jiskot. Il-funzjoni tibda fis-skiet, fejn is-saċerdot u l-poplu jintefgħu għarkobbtejhom fis-skiet. Wara jinqara l-Passjoni skont San Ġwann, rakkont li jfakkarna f' dak kollu li għamel Ġesu għalina; li għażel li jagħti ħajtu għall-kotra.
Quddiem dan il-misteru, b' għarfien tal-ħniena infinita ta' Alla, il-Knisja tagħmel t-talbiet tagħha quddiem Alla. Wara kulħadd hu mistieden jadura u jbus is-salib ta' Ġesu. Fl-aħħarnett, lkoll nirċievu l-Ewkaristija anke jekk f' dan il-jum ma ssirx il-konsagrazzjoni. Wara t-tqarbin, tiġi mbierka l-ġemgħa miġbura u l-funzjoni tintemm fis-skiet.
Il-Ġimgħa l-Kbira - Tifkira tal-passjoni u l-mewt ta' Ġesu'
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Din is-Sena ir-randan beda fl-14 ta' Frar u jispiċċa nhar l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Żmien ir-Randan
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Is-Skiet tal-Ġimgħa jibqa' jidwi mal-jum tas-Sibt. Sakemm tibda l-velja tal-Għid, il-Knisja tibqa' fis-skiet. Il-mewt ta' Ġesu hija misteru kbir li tħallina bla kliem. L-Għid ukoll b' mod speċjali jfakkarna fil-vjaġġ aħħari tagħna u ta' dawk ta' madwarna. U għalhekk huwa tajjeb, li l-jum tas-Sibt, ikun għalina l-insara jum ta' stennija, ta' tama, u ta' riflessjoni. Bħal Marija u d-dixxipli, is-skiet tal-mewt u tal-qabar magħluq itarraxna; iżda aħna li nafu f' min hi t-tama tagħna, ċerti li l-mewt u l-inġustizzja m' għandhiex l-aħħar kelma.
Sibt il-Għid filgħodu - il-jum tas-Skiet
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Il-funzjoni tibda billi s-saċerdot jurina id-dawl ta' Kristu Rxoxt. Alla jibdel l-irmied f' nar u ta' dan il-Knisja tibda dan il-lejl qaddis b' innu ta' tifħir. Wara jinqraw seba' qari, li jfakkruna fil-pjan tas-Salvazzjoni ta' Alla. Wara l-innu tal-Glorja, nisimgħu r-rakkont tal-Qawmien ta' Kristu.
F' dan il-lejl tal-Qawmien, il-knisja tissaħħaħ b' membri ġodda li jirċievu l-Magħmudija. Flimkien ma' dawn il-membri ġodda l-insara kollha jġeddu l-wegħdiet tagħhom. Wara, tibda l-liturġija Ewkaristika, u flimkien imqanqlin mill-misteru tal-Qawmien tal-Mulej Ġesu, nirċievu ġewwa fina l-preżenza reali tiegħu ġewwa fina. Dan il-ferħ tal-Għid il-knisja tibqa' tiċċelebrah għal ħamsin jum sħaħ, bl-ewwel tmien t' ijiem meqjusa bħala jum wieħed, il-jum l-aktar importanti fil-ħajja tal-Knisja, il-jum tal-Għid il-Kbir.
il-Velja ta' Sibt il-Għid
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Il-Festa tal-Għid il-Kbir hija l-akbar festa tal-Knisja. Il-Qawmien mill-imwiet ta' Ġesu hija l-unika raġuni li għalija l-Knisja teżisti. Kieku Kristu ma qamx mill-imwiet, il-fidi tagħna hija inutli. Huwa għalhekk li l-Knisja tagħmel ġimgħa sħiħa tiċċelebra l-Għid il-Kbir, u ħamsin jum tiċċelebra l-Qawmien ta' Kristu.
F' dan iż-żmien ta' tiġdid, il-Knisja tirrifletti fuq il-Qawmien. Ittina l-Atti tal-Appostli bħala qari fil-liturġija biex tfakkarna kif l-esperjenza tal-Qawmien wasslet għall-eżistenza tal-Knisja. Matul il-Ħdud, tgħinna nħarsu lejn Kristu fid-dawl tal-Qawmien, Hu r-ragħaj t-tajjeb tagħna, il-Ħniena Divina ta' Alla, id-Dawl tagħna. Fl-aħħar ta' żmien il-Għid, il-Knisja tfakkarna fid-don tal-Ispirtu Qaddis, li wiegħdna u li tana biex imexxina fil-ħajja tagħna ta' nsara.
Żmien il-Għid
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_left
Mill-ħajja tal-Parroċċa
Waslu l-aħħar disa' t' ijiem tal-Avvent, iż-żmien li fih nippreparaw għall-Milied. Il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru tibda n-Novena tal-Milied, b' quddiesa fis-6pm animata mill-Membri tal-MUSEUM, fejn fiha t-tfal mistednin iġibu magħhom xbiehat tal-Milied biex jiġu imbierka. Waqt il-jiem tan-novena se nkomplu niġbru donazzjonijiet taħt s-siġra tal-Milied, armata ħdejn l-ikona tal-Madonna tal-istennija, sabiex fit-28 ta' Diċembru nagħtu dawn l-għotjiet lill-familji fil-bżonn fil-parroċċa tagħna.
Agħfas għal iktar informazzjoni
In-Novena tal-Milied
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Il-MUSEUM organizza l-purċissjoni tal-Bambin, nhar lejlet il-Milied. Il-Purċissjoni bdiet mill-MUSEUM tas-subien fis-6pm. Għas-7:30pm, fil-knisja kien hemm mument ta' kant u poeżiji biex flimkien iċċelebrajna t-twelid ta' Ġesu Bambin.
Agħfas għal iktar informazzjoni
Il-Purċissjoni tal-Bambin
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Nhar is-Sibt, fl-aħħar jum tas-sena nirringrazzjaw lil Alla flimkien ta' din is-sena, waqt il-quddiesa tas-6:30pm. Wara l-Quddiesa, il-Knisja titħalla miftuħa sal-10:15pm fejn issir adorazzjoni organizzata. Fil-11:15pm, nagħlqu is-sena b' quddiesa ta' ringrazzjament. Fl-ewwel jum tas-sena, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Infakkru ukoll li fid- Dar tal-Providenza ikun hemm festa ta' ġenerożita'.
Agħfas għal iktar informazzjoni
Festa ta' Marija Omm Alla - Nibdew is-Sena flimkien
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Il-Knisja f' Malta tfakkar fl-10 ta' Frar il-miġja ta' San Pawl fi gżiritna. Mument fejn Alla bidel esperjenza diffiċli fi grazzja għalina l-Maltin.
Il-Quddies fil-parroċċa jkun bħal ta' nhar ta' Ħadd
Agħfas għal iktar informazzjoni
Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl f' Malta
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Bit-tifkira tal-Magħmudija tal-Mulej, jasal fit-tmiem iż-żmien liturġiku tal-Milied. Żmien li fih niftakru fit-twelid ta' Ġesu, fil-misteru meta Alla sar wieħed minna. Għalkemm jibda ż-żmien ordinarju, il-misteru tal-inkarnazzjoni, nibqgħu nesperjenzawh u niċċelebrawh fil-ħidma mal-oħrajn, fit-tama li tagħti l-Kelma t' Alla u fl-intimita' tal-ikla Ewkaristika.
Agħfas għal iktar informazzjoni
Jintemm iż-żmien tal-Milied
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Wara ż-żmien tal-Milied, fil-knisja jerġa jibda jintuża l-kulur aħdar, il-kulur taż-żmien ordinarju ta' matul is-sena. Sakemm niġu biex nibdew nippreparaw għaċ-ċelebrazzjoni tal-Qawmien tal-Mulej fl-Għid il-Kbir, il-Knisja tistedinna nirriflettu u nfittxu lil Kristu f' dak kollu li ngħixu u ngħaddu minnu fin-normalita' tal-jiem tagħna.
Il-Knisja, permezz tal-Ewkaristija u l-Kelma ta' Alla, ttina s-sostenn u l-għajnuna sabiex kull ġurnata tkun opportunita u esperjenza tal-imħabba t' Alla.
Jibda ż-żmien Liturġiku ta' Matul is-Sena
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Fi żmien ir-Randan, in-nisrani huwa mħeġġeġ iżomm ħarstu fuq is-Salib ta' Ġesu'. Għan-nisrani, is-salib mhux mezz ta' tortura, imma s-sinjal li bih Kristu wera kemm hi kbira imħabbtu għalina. Huwa għalhekk li aħna mħeġġin insieħbu s-slaleb tagħna ma tiegħu.
Huwa għalhekk li fil-bidu tar-Randan Imqaddes, wara ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika fejn tqiegħed l-irmied, sar pellegrinaġġ qasir sa Pjazza Kappillan Muscat, fejn tlabna flimkien quddiem is-salib ta' Ġesu. B' mod speċjali f' dan iż-żmien, in-nisrani mħeġġeġ jirrifletti fuq il-passjoni u l-mewt ta' Ġesu.
Agħfas għal iktar informazzjoni
Ħarsitna fuq is-Salib ta' Ġesu
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Fit-8 ta' Diċembru , Fr. Franco ingħata l-pussess bħala s-sitt Kappillan tal-Parroċċa tagħna. F' ċelebrazzjoni Ewkaristika, immexxija minn Monsinjur Arċisqof, Fr. Franco beda l-missjoni tiegħu fil-parroċċa. B' mod simboliku, l-Arċisqof Charles Scicluna ta l-imfietaħ tal-Parroċċa tagħna bħala sinjal ta' din ir-responsabilta' ġdida. Bl-istess mod, Fr. Franco daħal fil-konfessinarju u daqq il-qanpiena l-kbira tal-parroċċa b' sinjal li minn issa 'l quddiem għandu l-missjoni li jsejjaħ l-komunita nisranija tagħna u jressaqna aktar qrib tal-Ħniena u l-imħabba ta' Alla.
Agħfas għal iktar informazzjoni
Fr. Franco Fenech isir is-sitt Kappillan tal-Parroċċa tagħna
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Hija tradizzjoni antika f' Malta, li ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira nfakkru t-tbatija li għaddiet minnha ommna Marija taħt is-salib ta' Binha Ġesu'.
DIn il-festa li liturġikament issir fil-15 ta' Settembru, m' għandix tkun mument fejn nitħassru lil Marija. Marija baqgħet wieqfa taħt s-salib, miegħu sal-aħħar, dixxiplu mill-aktar perfett u għaldaqstant mudell ewlieni ta' min jrid jimxi ma' Ġesu dejjem. F' dan il-jum, ngħaqqdu t-tbatijiet tagħna ma' dawk ta' Marija u Ġesu, u nitolbuhom biex dejjem nibqgħu wieqfa magħhom!
Festa ta' Marija Addolorata fil-31 ta' Marzu
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_leftMill-ħajja tal-Parroċċa
Din is-sena, ir-Randan Imqaddes beda l-Erbgħa 22 ta' Frar. Waqt iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, tqiegħed l-irmied bħala simbolu ta' penitenza. Iż-żmien tar-Randan huwa żmien fejn in-nisrani huwa mħeġġeġ jirrifletti fuq ħajtu u permezz tas-Sawm, it-Talb u l-Karita' jikber fir-relazzjoni tiegħu ma' Alla u mal-oħrajn.
Ir-Randan huwa opportunita' oħra, sabiex in-nisrani jirrifletti fuq l-imħabba li rċieva mingħand Alla fil-persuna ta' Ġesu', jikber fil-fidi u jgħix l-Magħmudija li rċieva. Ir-Randan jispiċċa fl-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Jintemm żmien ir-Randan
keyboard_arrow_rightkeyboard_arrow_left