Il-Ħadd 8 t’Awwissu 2021 – Id-Dsatax-il Ħadd matul is-sena B

 Avviżi Illum fil-Parroċċa San Gejtanu qed tiġi ċċelebrata l-festa parrokkjali. Nawgurawlhom festa sabiħa li tħalli ġid spiritwali. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Nitolbu għal ruħ Anthony Vella, Iris Spiteri, Tarcisio Gatt, Rose Grech u Albert Mifsud  li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’...

Continue reading

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju 2021 – Is-Sbagħtax-il Ħadd matul is-sena B

 Avviżi Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Il-ġabra bl-envelops għall-festa laħqet is-somma ta’  €3,845 filwat li l-ġabra speċjali f’Jum il-festa laħqet is-somma ta’ €820. Nirringrazzjaw lil kulħadd.                             Infakkrukom li l-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.

Continue reading

Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju 2021 – It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena B

 Avviżi Illum fit – 8.00 a.m. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-Sehem tal-membri tal-Kumitat tal-Ħamrun Spartans. Fil- 11.00 a.m. Quddiesa mill-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Joseph Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 17-il tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna.  Fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. Kurunella . Fis- 6.30...

Continue reading

Il-Ħadd 20 ta’ Ġunju 2021 – It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena B

 Avviżi Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm laqgħa fil-knisja għall-ġenituri u parrini tal-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma nhar il-Ħadd li ġej. Dak inhar ukoll se ntellgħu il-polza. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għall-programm tal-festa. Fit-8.15 am Quddiesa bit-talba ta’ Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. Fis-6.00 p.m. Rużarju meditat minn gruppi differenti tal-Festa. Kurunella u...

Continue reading

Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021 – Il Ħdax-il Ħadd matul is-Sena B

                                                             Avviżi Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. Bħala parti mill-programm tal-festa nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju se jkun Jum l-anzjani. Għalhekk l-anzjani huma mistiedna li jattendu għall-quddiesa tas-6.30 pm. Min jixtieq trasport iħalli ismu fl-uffiċċju parrokkjali. Matul il-Ġimgħa se nqassmu l-programm tal-Festa Interna tal-Parroċċa....

Continue reading

Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021 – Corpus Christi

Avviżi Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tat-8.15 a.m. u filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. ikollna l-adorazzjoni. Fil-ġranet li ġejjin se nqassmu il-programm tal-festa. Miegħu ser issibu l-envelop għad-donazzjoni tagħkom għall-ispejjeż tal-festa. Għalkemm il-festa se tkun ta’ ġewwa biss xorta hemm spejjeż mhux tas-soltu bħall-orkestra u l-fjuri....

Continue reading

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2021 – Solennita’ Trinita’ Qaddisa

AVVIZI Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej, għalhekk matul din il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt se jkun hawn adorazzjoni kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġukom li min jista’ jattendi jekk mhux kuljum imqar f’xi ġurnata minnhom. Matul din il-ġimgħa...

Continue reading

Il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021 – Il-Pentekoste – L-Għid il-Ħamsin

AVVIZI Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi ċċelbrata l-ewwel tqarbina fil-quddiesa tad-9.30 am, għalhekk il-quddiesa tal-11 am tibda fil-11.15 am. Nhar it-Tnejn ser isir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Preċett fil-Knsija fis-7:00 pm. Dakinhar titla’ l-polza.   Nhar il- Ħamis fis-5 pm fil-knisja ikun hawn il-qrar għat-tfal ta’ l-Ewwel tqarbina u l-prova. Nhar Il-Ħamis...

Continue reading