Kull grupp jew għaqda jkollha l-attivita’ tagħha li ma taqta’ qatt. Dan hu minnu wkoll fil-każ tal-parroċċi. Kull parroċċa jeħtieġ li taħdem u tistinka sabiex tkompli twassal il-messaġġ ta’ Kristu lill-membri tal-parroċċa, kemm li huma mpenjati fix-xogħol pastorali kif ukoll kemm dawk li m’humiex.

Huwa għal dan il-għan, li f’kull parroċċa ssib gruppi kbar ta’ nies li jagħtu servizz ta’ kuljum sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-parroċċa. Huwa għal dan il-għan li nistgħu ngħidu li l-Kummisjonijiet, l-għaqdiet u l-bosta gruppi fi ħdan il-parroċċa jistgħu jissejħu, il-ħajja tal-parroċċa. Waqt li ngħarfu li hi l-imħabba t’ Alla li ssuqna, ngħarfu l-importanza tal-bosta għaqdiet li jsawru u jagħtu l-ħajja lill-parroċċa tagħna.

F’ dan l-ispazju virtwali, hawn ftit informazzjoni fuq l-għaqdiet u l-kummissjonijiet fil-parroċċa tagħna sabiex filwaqt li jitwassal il-messaġġ li għalih kull għaqda taħdem u tistinka biex tasal, nkunu ta’ kuraġġ għal xulxin filwaqt li ngħarfu l-attivitajiet li jsiru li jsawru l-ħajja tal-parroċċa, napprezzaw dak li Alla qed jagħmel permezz tagħna.

[/trow]
Kunsilli u Kummissjonijiet Moderatur
Kunsill Pastorali Parrokkjali Conti Carm
Kummissjoni Liturġija Scerri Randolf
Kummissjoni Festa Dun Mario Mifsud
Kummissjoni Djakonija Zerafa Marianne
Kummissjoni Familja Bajada Mark
Kummissjoni Kateketika Dun Mario Mifsud
Kummissjoni Fund-Raising Buttigieg Joe
Azzjoni Kattolika Nisa Kunċizzjoni Attard Tessie
Museum Bniet Scerri Odette
Museum Subien Grima Christopher
Leġjun ta’ Marija (Irġiel) Attard Charles
Leġjun ta’ Marija (Nisa) Debattista Rose
Mixja Neo-Katekumenali Sultana Lino
Ordni Franġiskan Sekular Muscat Manwel
Ċentru Soċjali Irġiel Bezzina Louis
Kor Parrokkjali Pace Francis