Programm tal-Festa Titulari

Event details

  • Sunday | 26th June 2022 to Monday | 4th July 2022
  • All Day

Il-Ħadd 26 Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6.00 p.m. rużarju meditat u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons. Dun Hector Scerri bis-sehem tan-nanniet u romol.

It-Tnejn 27 hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm it-tfal jiltaqgħu ħdejn il-Mużew tas-subien minn fejn jagħmlu purċissjoni żgħira  sal-Knisja. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Patri Christopher Farrugia . Wara t-tfal jingħataw tifkira.

It-Tlieta 28 fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-Wisq Reverendu Patri Gwardjan Joseph Magro u animata mill-Grupp Gifra.

L-Erbgħa 29 niċċelebraw is-Solennita’ tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl u Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum ta’ Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-Wisq Reverendu. Dun Peter Paul Sultana bis-sehem tal-lajċi mpenjati u għaqdiet tal-parroċċa. Mistiedna ukoll ex-membri tal-Youth Centre u ex-abbatini.  Il-ġabra fil-quddiesa se tmur għad-Dar tal-Kleru. Wara laqgħa soċjali flimkien quddiem il-knisja.

Il-Ħamis, 30 IT-TIENI JUM TAT-TRIDU Jum il-Vokazzjonijiet.  Fis-6.00 p.m. Rużarju meditat. Fis-6.30 p.m. quddiesa immexxija minn Mons. Dun Charles Bugeja. Wara jkun hemm adorazzjoni għall-vokazzjonijiet .

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju huwa Jum il-Familja fis-6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa minn Mons. Dun Joe Bajada. Mistiedna speċjali dawk li kellhom anniversarju speċjali u dawk li kellhom tarbija matul is-sena li għaddiet.

Il-Ġimgha wkoll fit-8.30 pm ser isir kunċert fit-Triq il-Kappillan Mifsud mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni.  Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa.  Kulħadd huwa mistieden.

Is-Sibt, 2 ta’ Lulju Lejliet il-Festa. Fit-8.15 am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m. Translazzjoni bir-relikwija li se toħroġ mill-Katekumenju u tgħaddi minn Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Mifsud sal-knisja parrokkjali. Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi l-Kappillan Dun Mario Mifsud.

Il-Ħadd, 3 ta’ Lulju Jum il-Festa.Ikollna quddiesa fis-6.30 am. Fit-8.30 a.m. issir  il-quddiesa prinċipali tal-Festa mmexxija minn W.R. Mons Dun Ġużepp Mifsud Bonnici  f’għeluq is-60 sena mis-saċerdozju tiegħu. Infakkru li l-quddiesa tad-9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa filgħodu tkun fil-11.00 am.

Filgħaxija, l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.imexxija minn Dun Paul Buttigieg u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, mmexxija mill- W.R. Patri Joseph Zahra O.P Kappillan tal-Parroċċa ta’ Fatima u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq il-Franġiskani,  Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.

It-Tnejn, 4 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.