
Event details
- Monday | 20th June 2022 to Monday | 27th June 2022
- All Day
-
Is-Sibt, jkollna l-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 p.m. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeżiji fuq il-Madonna. Fis-6.30 p.m. L-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija Immakulata. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa.
-
Nhar is- Sibt ukoll sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identita. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.
-
Nhar il-Ħadd: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6 p.m. rużarju meditati u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons Dun Hector Scerri bis-sehem tan-nanniet u r-romol.