Event details
- Monday | 27th December 2021 to Saturday | 1st January 2022
- All Day
Nhar il-Ġimgħa hu l-aħħar jum tas-sena,
fis-6.30p.m. quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena.
Inkantaw flimkien l-Innu ta’ Tifħir lil Alla – It-Te Deum Laudamus
Il-Knisja tiftaħ fl-10:00 p.m. u fl-10.15 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena.
Fil- 11.00pm Adorazzjoni Ewkaristika u nibdew
is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.
Nhar is-Sibt l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla.
Il-quddies li jkun bħal tal-Ħadd.
Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.