Direttiva mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

Event details

  • Monday | 16th March 2020
  • All Day

Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli.

F’każ ta’ funeral, is‑saċerdot ser imexxi r‑rit tat‑tberik tal‑fdalijiet fiċ‑ċimiterju, peress li dan huwa post fil‑miftuħ, fil‑preżenza tal‑qraba l‑aktar stretti. Is‑saċerdot imbagħad, fil‑privat, joffri Quddiesa b’suffraġju għal ruħ il‑mejjet.

Il-knisja Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun se tkun miftuħa bejn is-7:30 am u d-9:00 am u mill-5:30pm sas-7:00 għat-talb personali.

Dawn il‑miżuri jibqgħu fis‑seħħ sakemm jingħata avviż ieħor