Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021 – Il-Ħames Ħadd matul is-Sena B

Nhar  l-Erbgħa  hija il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30am se jkunu mistiedna l-parruċċani li jisimhom għal San Pawl. Nhar il-Ħamis huwa Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes. Għal din l-okkażjoni se niċċelebraw quddiesa għall-anzjani fid-9.30 am. Il-Ħamis fis-7.00 pm jkollna Adorazzjoni Ewkaristika....

Continue reading

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar – Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena B

Avviżi Minn nhar it-Tnejn fis-7.00 pm se tibda’ l-Katekeżi għal kulħadd fil-Katekumenju, wara l-Knisja Parrokkjali. Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa . Nhar Il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar.  Fis 6.30 pm quddiesa u wara Adorazzjoni Ewkaristika. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna l-ġabra...

Continue reading

Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021 – It-Tielet Ħadd matul is-Sena B

Avviżi Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Nixtiequ navżaw li qed ikun hawn xi persuni jiġbru flus f’isem organizzazzjonijiet tal-Knisja. Il-Knisja mhi tawtorizza lil ħadd biex isir ġbir fid-djar u għalhekk tkun ħaġa tajba jekk ninfurmaw lill-anzjani li għandna kuntatt magħhom sabiex ma jiftħux lil dawn in-nies. Nhar it-Tnejn 1...

Continue reading

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2020 – Il-Familja Mqaddsa – Sena B

Avvizi Nhar l-Erbgħa  se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tifel li saret fil-lejl tal-Milied. Mistednin speċjali huma  l-anzjani tal-parroċċa. Nhar il-Ħamis hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm...

Continue reading

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena B

Avvizi Nhar il-Ħamis filgħaxija lkollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda il-Velja tal-Milied, kant mill-Kor u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa, Jum il-Milied, il-quddies jkun bħal tal-Ħdud. Nfakkrukom fl-envelopes tal-Istrina għall-parroċċa u nirringrazzjaw lil dawk...

Continue reading

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020 – It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena B

Avvizi Nhar it-Tlieta tibda  n-novena tal-Milied. Matul in-novena ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa ta’ filgħaxija Nhar il-Ħamis ikun hawn l- adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Nhar is-Sibt fil-5.45pm jingħad ir-rużarju, fis-6.10  pm jitkanta l-għasar tar-raba’ Ħadd tal-Avvent u fis-6.30 pm quddiesa . Bħalissa qed inqassmu...

Continue reading

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020 – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena B

Avvizi Nhar it-Tnejn lejliet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ir-Rużarju jkun fis-5.45 pm, ħsieb fuq il-ħajja ta’ Marija, Kurunella u kant  tal-Ewwel Għasar tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30 pm quddiesa. Wara l-quddiesa se nagħmlu velja ta’ talb bi ftit riflessjonijiet fuq Maria. Nhar it-Tlieta hija  l-festa liturġika tal- Immakulata Kunċizzjoni, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fit-...

Continue reading

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020 – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena B

Avvizi Illum tibda in-novena tal-Immakulata Kunċizzjoni. Matula ser ikollna riflessjonijiet fuq il-ħajja tal-Madonna. Dawn ser jinqraw qabel il-quddiesa tat-8.15 am u qabel il-quddiesa tas-6.30 pm. Filghaxija tingħad ukoll il-Kurunella wara r-rużarju. Nhar it-Tnejn  fil-quddiesa tas-6.30 pm  ser infakkru il-35 sena mill-wasla tal-Vara tal-Kunċizzjoni fil-Parroċċa tagħna. Għal din il-Quddiesa ġew mistiedna...

Continue reading