Il-Ħadd 3 t’April 2022 – Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Avviżi

  • Nhar it-Tlieta ser ikompli  t-tberik fi Triq Oscar Zammit u nhar l-Erbgħa Triq Roger Debattista.  It-tberik jibda fl-4.30 pm.
  • Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri, ser issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-qrar. Fil-5.00 pm se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal. Nfakkru lit-tfal biex  iġibu l-karus ta’ l-imħabba magħhom. Fis-5.45 pm issir Ċelebrazzjoni oħra għal kulħadd.  Fis-6.30 pm ikollna l-quddiesa. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jersqu għas-sagrament tal-qrar fejn se jkollna numru ta’ saċerdoti disponibbli.
  • Nhar il-Ġimgħa hija l-Festa għażiża tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu hekk: fis-6.00; 7.15; 8.15; u quddiesa f’nofsinhar speċjamment għall-ħaddiema. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-6.30 p.m. u wara jsiru riflessjonijiet fuq id-Duluri. Il-Purċissjoni tad-Duluri se ssir il-Ħadd ta’ wara – 10 t’April – Ħadd il-Palm fil-5:00 pm. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq Manwel Magri,Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo,Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri.  Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  • Nhar is-Sibt, fis-6.00pm issir il-Via Sagra, u fis-6.30 pm quddiesa.
  • Nhar il-Ħadd niċċelebraw Ħadd il-Palm. Il-Funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-Żebbuġ u l-palm issir fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fid-9.00 am,  minn fejn tibda l-Purċissjoni għall-Knisja parrokkjali. Fid-9.30 a.m. jkollna l-quddiesa. Filgħaxija fil-5:00 pm. Purċissjoni bl-istatwa għażiża tad- Duluri. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri.  Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  • Min-nhar il-Festa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn id-Duluri  hemm kaxxa apposta u nħeġġukom biex tkunu ġeneruzi u tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom b’risq dawk li huma fil-bżonn.
  • Għal matul ir-randan, qegħdin niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull persuna. Inħeġġukom ukoll sabiex toffru figolla għal dawn ħutna.
  • Il-Weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  • Nitolbu għal ruħ Sammy Cauchi li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.