Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2022 – Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

AVVIŻI    

    

  1. Nhar it-Tlieta ser ikompli  t-tberik fi Triq Misraħ-il Barrieri  minn Triq Lord Byron sal-pjazza u nhar l-Erbgħa Triq Misraħ-il Barrieri mill-pjazza  l-isfel.  It-tberik jibda fl-4.30 pm.
  2. L-Arċisqof iħeġġeġ lill-insara kollha sabiex nhar il-Ġimgħa noffru ġurnata sawm u talb sabiex iż-żjara tal-Papa tħalli frott fil-Knisja Maltija. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser  ikun hawn l-aħħar laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan. Dak inhar mhux se jkun hawn adorazzjoni.
  3. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lGħasar u fis-6.30pm quddiesa.
  4. Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd li ġej, Papa Franġisku se jmexxi quddiesa solenni fuq il-Fosos, il-Furjana fl-10.15 am li tiġi trasmessa fuq il-mezzi tax-xandir. Navżaw li dakinhar il-quddies filgħodu se jkun BISS fis-6.30 am u fit-8.00 am. Filgħaxija jkollna l-aħħar quddiesa fis-6.30 pm.
  5. Nhar is-Sibt il-Papa wara li jasal fl-ajruport fl-10.00 am jitlaq lejn il-Belt u se jgħaddi mill-Blata-l Bajda. Il-Ħadd il-Papa jitlaq mir-Rabat fid-9.10 am lejn il-fosos tal-Furjana u se jgħaddi minn Strada Rjali l-Ħamrun. Ħdejn il-Kappella tal-Blata l-Bajda se jibdel il-karozza għal Pope Mobile.  Inħeġġu lil kulħadd biex jagħtih merbħa kif jixraq.
  6. Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw  lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u lil familjari li jieħdu ħsiebhom.
  7. Nixtiequ navżawkom li l-purċissjoni tad-Duluri se ssir il-Ħadd 10 ta’ April fil-5 pm . Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  8. Navżaw li mill-ġimgħa 8 ta’ April sal-Ġimgħa l-Kbira se ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju u jinġabru għotjiet f’kaxex apposta ħdejn il-biebien tal-Knisja. Dawn il-flus jingħataw lill-fond tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika sabiex jiġu mgħejuna familji fil-bżonn.
  9. Nitolbu għal ruħ Joseph Cutajar  li miet matul dawn il-ġranet. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.