Il-Ħadd, 27 ta’ Frar 2022 – It-Tmien Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa jibda r-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna biex dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30pm quddiesa kantata.
  2. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ġimgħa minħabba li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ bis-Salib, li kien isir kull sena, fis-6 pm Via Sagra, quddiesa fis-6.30 pm u wara riflessjonijiet fuq is-Salib quddiem il-Kurċifiss fil-knisja.
  4. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Nixtiequ navċaw li mit-Tnejn 7 ta’ Marzu, mit-tnejn sal-ġimgha fi żmien ir-Randan,  il-quddiesa tas-6.15 am se tibda tkun fis-6.00 am.  Wara l-quddiesa, fis-6.25 am, se jibda’ jkun hawn talb tal-Lawdi mill-membri tal-Mixja Neokatekumenali li ghalih kulħadd ikun mistieden.
  6. Matul din il-ġimgħa qassamna l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-festa. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali.
  7. Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.
  8. Nhar Il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.
  9. Nitolbu għal ruħ Josephine Grima li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.