Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2020 – Il-Familja Mqaddsa – Sena B

Avvizi

  1. Nhar l-Erbgħa  se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tifel li saret fil-lejl tal-Milied. Mistednin speċjali huma  l-anzjani tal-parroċċa.
  2. Nhar il-Ħamis hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm Adorazzjoni u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.  
  3. Nhar il-Ġimgħa l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla. Il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Dakinhar ukoll huwa it-Tlieta u Ħamsin (53) Anniversarju tal-Parroċċa.
  4. Nitolbu għal ruħ Tania Ellul  li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.