Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena B

Avvizi

  1. Nhar il-Ħamis filgħaxija lkollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda il-Velja tal-Milied, kant mill-Kor u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa, Jum il-Milied, il-quddies jkun bħal tal-Ħdud.
  2. Nfakkrukom fl-envelopes tal-Istrina għall-parroċċa u nirringrazzjaw lil dawk kollha li diġa taw id-donazzjonijiet.
  3. Il-Caritas  bagħtitlilna l-ikel u preserves bħala għajnuna lill-familji fil-bżonn. Dan l-ikel jista’ jinġabar mill-Uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Importanti li dawk li se jiġbru l-ikel iġibu magħhom basket apposta.
  4. Se nixtru  kwantità ta’ punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
  5. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejlet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-parroċċa.
  6. Għall-darb’oħra l-Kummisjoni Emigranti se torganizza kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin.  Dan se jsir bejn il-11 u l-15  ta’ Jannar 2021. Minħabba l-pandemija dan il-kors se jsir on line.  L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2021.
  7. Nitolbu għalruħ Maria Emmanuela Attard , Victor Darmanin u Frans Tanti li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.