Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2020 – It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

          

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Infakkru lil dawk li għadhom ma bagħtux l-envelopp tal-ġabra tal-Missjoni sabiex iġibuhom il-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali.
  3. Nitolbu għal Josephine Mercieca li mietet din ġimgħa: Agħtiha, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  4. Fejn il-bieb ta’ barra qed intellgħu lotterija biex ngħinu l-grupp tal-abbatini.

Direttivi ġodda li se jibdew japplikaw mit-Tnejn -16.11.20

  1. Tistgħu tpoġġu biss fejn hemm indikat permezz ta’ sinjal aħdar. Filkaż ta’ koppji jistgħu joqgħodu fejn xulxin fil-bankijniet tan-nofs biss. Fil-bankijiet tal-ġnub tista’ toqgħod persuna waħda biss. Familja tista’ toqgħod flimkien biss fil-bankijiet tan-nofs tal-knisja ndikati b’erba’ jew ħames sinjali ħodor.
  2. Importanti li dawk li jagħtu l-offerta waqt il-quddiesa jużaw s-sanitizer wara li jagħtuha.
  3. In-niċeċ jew xbihat ta’ devozzjoni ma jistgħux jintmessu.
  4. Sakemm joħorġu direttivi ġodda it-tqarbin tal-morda fid-djar se jieqaf.