No comments yet

Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019 – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena A

Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn, fl-okkażjoni tal-ġimgħa tan-novena tal-Immakulata Kunċizzjoni, huwa Jum it-Tfal. Ser ikun hawn quddiesa fid-9.00 am għat-tfal tal-iskola tas-Sorijiet ta’ l-Eġittu u filgħaxija, il-quddiesa se tkun fil- 5.30 pm  bis-sehem tat-tfal li jattendu d-duttrina. Ir-Rużarju se jingħad wara l-quddiesa.
  2. Nhar it-Tlieta huwa Jum iż-żgħażagħ. Fis-6 pm rużarju meditat u kurunella fis-6.30 pm quddiesa immexxija mill-Gwardjan Patri Joseph Magro u mill-grupp Ġifra.
  3. Nhar l-Erbgħa huwa  Jum l-anzjani. Se jkun hawn quddiesa għall-anzjani fit-8.15 am u wara taħdita fis-sala Dun Manwel.  L-anzjani huma mistiedna . Filgħaxija l-quddiesa tas-6.30 pm tkun animata mill-mixja neokatekumenali u jingħad l-għasar.
  4. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir il-vestizzjoni ta’ l-abbatini.
  5. Nhar il-Ġimgha hija l-Ewwel  Ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Nhar is-Sibt ir-rużarju ikun fil-5.30 pm, wara kurunella u Għasar kantat. Fis-6.30 pm quddiesa.
  7. Nhar il-Ħadd festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-5.30 pm rużarju meditat , kurunella , fis-6.00 pm għasar u fis-6.30 pm quddiesa kantata bis-sehem ta’ l-għaqdiet u lajċi impenjati.
  8. Nitolbu għal ruħ Carrie Bone li mietet matul din-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistireħ ta’ dejjem.

Post a comment