No comments yet

Il-Ħadd 14 t’April 2019 – Ħadd il-Palm

AVVIŻI

  1. llum, huwa Ħadd il-Palm. Nibdew fid-9.00 am,  fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, minn fejn imbagħad issir il-Purċissjoni sal-Knisja fejn fid-9.30 am ikollna il-quddiesa.       
  2. Nhar it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bl-għasar, wara l-quddiesa, jkollna Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesu’ Kurċifiss.
  3. Nhar it-Tlieta se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur organizzat mill-parroċċa ta’ San Gejtanu. Il-pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella tal-Museum tal-Blata l-Bajda fis.6.00 pm.
  4. Nhar l-Erbgħa, il-Via Sagra flok issir fil-knisja bħas-soltu ser issir fi Pjazza Oreste Chircop fis-5.45 pm. Kulħadd mistieden speċjalment ir-residenti ta’ l-inħawi. Fis-6.30 pm ikun hawn il-quddiesa bl-għasar. Illum ukoll fit-7.00 pm ta’ filgħaxija, se ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta.
  5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqa. Fis-6.30 p.m nagħtu bidu għat-Tridu qaddis tal-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata li fiha ssir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti tas-Salib u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa mqaddsa bħala għeluq il-Jum.
  6. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huwa obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li ghandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fl-10 am. fiċ-Ċentru Soċjali tal-irġiel, issir konferenza fuq il-Passjoni tal-Mulej. Il-knisja tiftaħ fis-2.15 pm u fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Jum. 
  7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 p.m niċċelebraw il-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
  8.  Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra  hemm kaxxa apposta sabiex naghtu l-kontribuzzjoni tagħna  b’risq dawk li huma fil-bżonn.
  9. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla billi iġibuhom fl-uffiċċju Parrokkjali  jew fis-sagristija.
  10. Infakkrukom li fejn il-bieb ta’ barra, l-Parroċċa qed torganizza bejgħ ta’ kejkijiet u figolli b’risq il-fondazzjoni Puttinu cares fejn id-dhul kollu se jmur biex jgħin familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer.
  11. Il-Parroċċa għadha kemm ippubblikat ktejjeb fuq it-talba tal-Via Lucis li għandna fil-Knisja. Ħdejn il-bibien tal-Knisja qed inbieghu dan il-ktejjeb fejn id-dhul se jmur għall-ispejjeż tas-saqaf u t-tibjid tal-knisja. Nissuġġerixxu li tieħdu din l-opportunita’ sabiex tirregalaw dan il-ktejjeb lit-tfal u neputijiet u nħeġġukom sabiex tgħidu din it-talba sabiha speċjalment mill-Għid il-Kbir sal-Pentekoste.

Post a comment