No comments yet

Il-Ħadd 24 ta’ Ġunju Solennita’ twelid ta’ San Ġwann Battista

Ikompli l-Programm tal-Festa Titulari:

1. Illum: Jum il-Familja. Fis-6.00 pm rużarju meditat . Fis-6.30 pm toħroġ quddiesa mmexxija minn Mons. Joe Bajada. Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna.

2. Nhar it-Tnejn hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm it-tfal jiltaqgħu ħdejn il-Muzew tas-subien minn fejn jagħmlu ċelebrazzjoni bis-sehem tal-Iscouts sal-Knisja. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Patri Christoper Farrugia OFM. Wara t-tfal jingħataw tifkira u ġelat.

3. Nhar it-Tlieta: Jum l-Anzjani u l-morda. Fis-6 pm jingħad ir-rużarju meditat  u wara jmexxi il-quddiesa Patri Maurice Abela O. Carm Kappillan ta’ Santa Venera. Mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma. Wara jkun hemm bibita fil-bitħa tad-dar ta’ Fra Diegu.

4. Nhar il-Erbgħa hu Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum ta’ Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija minn Monsinjur Profs Hector Scerri f’għeluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu sehemhom b’xi mod fil-parroċċa, kif ukoll lill-membri tal-għaqdiet u movimenti. Wara l- quddiesa fil-jiem tat-tridu nagħlqu bil-Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Il-ġabra tal-quddies ta’ filgħaxija tmur għad-Dar tal-Kleru.

5. Nhar Il-Ħamis,: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU – Jum il-Vokazzjonijiet. 6.00 p.m. Rużarju meditat. Fis-6.30p.m. quddiesa immexxija minn Mons Dun Ġużepp Mifsud Bonnici.

6. Nhar il-Ħamis ukoll, fit-8.30 p.m. se jsir Kunċert Mużikali fil-Pjazza Kappillan Muscat. Din se tkun imtellgħa mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa. Kulħadd huwa mistieden.

7. Nhar il-Ġimgħa : Festa ta’ San Pietru u San Pawl huwa Jum in-Nanniet u r-romol fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa mill-W. R. Patri Vince Micallef OP Kappillan tal-Parroċċa ta’ G’Mangia bis-sehem tan-nanniet u r-romol tal-parroċċa.

8. Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15 am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m. Translazzjoni bir-relikwija li se toħroġ mill-Katekumenju u tgħaddi minn Triq Pawlu Burlo’ , Triq id-Duluri, Triq Indri Cilia ,Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Mifsud. Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi Patri Elmar Pace OFM Cap.

9. Il-Ħadd, Jum il-Festa. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fit-8.30 a.m., immexxija minn Mons. Hector Scerri. Dak inhar, il-quddiesa tad-9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa tkun fil-11.00 am.

10. Filgħaxija, l-quddiesa tibda fis-6.00 p.m. Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, li tkun imexxija minn Mons. Hector Scerri u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo, Duluri, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Triq Vinċenzo Bugeja, Adelaide Cini, Lord Byron, Franġiskani, Mons De Piro u Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista’ sabiex jinagħqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita’. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.

11. Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.

12. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li bagħtu l-envelopes bil-kontribuzzjoni għall-festa, infakkru lil dawk li għadhom ma bagħatuhx sabiex iġibuh fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

13. Infakkru li kulhadd jista’ jagħtu donazzjoni ghall-fjuri li tista’ tasal fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.

14. Nitolbu għal ruħ Maria Micallef u Nazzareno Azzopardi li mietu matul din il-ġimgha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Post a comment