No comments yet

Il-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018 – Solennita’ Trinita’ Qaddisa

1. Illum, fil-quddiesa tad-9.30 am, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa tagħna. Infakkrukom li l-Quddiesa tal-11.00 am se toħroġ fil-11.15 am.

2. Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej . Nhar it-Tnejn se huwa t-30 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja u ser infakkru dan l-anniversarju b’quddiesa kantata fis-6.30 pm.

3. Nhar it-Tlieta se jkun hawn katina ta’ adorazzjoni fil-kappella. Min jixtieq jista’ jniżżel ismu fil-lista ta’ persuni li sejrin jieħdu sehem fl-adorazzjoni fil-Kappella. Fis- 7.00 pm se jkun hemm taħdita fuq l-Ewkaristija fl-Arti fis-sala Dun Manwel.

4. Nhar l-Erbgħa wara l-Quddiesa tas-6.30 pm se jkun hawn adorazzjoni mill-Grupp Neo-Katekumenali. Għal ħabta tas-7.30 pm se nagħtu merħba u tislima lix-Xbieha tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu fil-knisja tagħna li se titlaq f’pellegrinaġġ mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

5. Nhar Il-Ħamis se ssir adorazzjoni fil-beraħ fi Pjazza Oreste Chircop fi Triq Alexander bejn il-5.30 pm sat 8 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum, abbatini u lajci. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għal ftit ħin.

6. Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju fis-7 .00 pm Adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Ministri Straordinarji tat-tqarbin.

7. Is-Sibt 2 ta’ Ġunju: Rużarju fis-5.45 pm, fis-6.10 Ċelebrazzjoni tal-Għasar Kantat u fis-6.30 pm Quddiesa.Bejn id-9.00 pm u l-10 pm ikun hawn Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kummissjoni Liturġija. Fejn il-Madonna ukoll hemm karti apposta biex min irid jagħmel talba lil Ġesu’ Ewkaristija, jiktibha u jġibha miegħu f’din l-adorazzjoni. Min ma jistax jattendi jitfagħha fil-kaxxa apposta li hemm fejn il-Madonna. Dawn ukoll se jitpoġġew quddiem Ġesu Sagramentat waqt din l-adorazzjoni.

8. Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju: Rużarju fis-5.45 pm, fis-6.10 Ċelebrazzjoni tal-Għasar Kantat u fis-6.30 pm Quddiesa. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Ġuze’ Pace, Triq Fra Gaetano Pace Forno, Triq Kanonku Bonnici u Triq Kappillan Mifsud. Wara tingħata il-barka sagramentali fil-knisja parrokkjali. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem f’din il-purċissjoni li hija wirja pubblika tal-qima tagħna lejn Ġesù Ewkaristija.

9. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Kanonku Bonnici.

10. Nhar it-Tlieta 5 ta’ Ġunju se norganizzaw attivita’ soċjali f’ Birzebbuġa. Tluq fis-1.30 pm.

11. Nixtiequ ninfurmawkom illi bħalissa qed nagħmlu membrane ġdida fuq is-saqaf tal-Knisja li se tiswa €6,420 filwaqt li dan il-weekend ġew installati numru ta’ fannijiet ġodda li qamu €532. Kull donazzjoni għal dawn l-ispejjeż tkun apprezzata.

12. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se nagħmlu it-tieni Ġabra Speċjali b’risq il-Festa Parrokkjali.

13.  Nitolbu għal ruħ Antonia Taliana li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Post a comment