No comments yet

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018

Id-Dħul Solenni tal-Mulej f’Ġerusalemm

Ħadd-il Palm

Sena Liturġika B

1. Mit-Tnejn sal-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bit-talb tal-għasar.  It-Tnejn fis-7 pm jkollna Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesu’ Kurċifiss. Fis-7.30 pm se jkollna kunċert ta’ mużika sagra mil-Banda Kunċizzjoni. Kulħadd huwa mistieden.

2. Nhar it-Tlieta se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur organizzat mill-parroċċa ta’ San Gejtanu. Il-pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella tal-Museum tal-Blata l-Bajda fis.6.00 pm.

3. Nhar l-Erbgħa, il-Via Sagra se ssir fit-toroq Pawlu Burlo’, Vitale u Dun Edgar Vella fis-5.45 pm. Kulħadd mistieden speċjalment ir-residenti ta’ l-inħawi.

4. Dakinhar ukoll fit-7.30 pm, se ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta. Fil-knisja tal-patrijiet se jitellgħa mużikal fuq il-passjoni fis- 7.30 pm.

5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqa. Fis-6.30 p.m. nagħtu bidu għat-Tridu Qaddis tal-Għid b’Konċelebrazzjoni Solenni li fiha issir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa mqaddsa quddiem Ġesu Sagramentat fl-artal ta’ Ripożizzjoni.

6. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huwa obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fl-10 am.fiċ-Ċentru Soċjali tal-irġiel, issir konferenza fuq il-Passjoni tal-Mulej. Fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Jum. Il-knisja tiftaħ fis-2.15 pm.

7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 p.m tibda’ l-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.

8. F’Jum il-Għid il-Kbir, fil-quddiesa tad-9.30 am ser isir it-tberik tat-tfal u l-figolli.

9. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna b’risq il-familji fil-bżonn.

10. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla għalihom u jġibuhom fl-uffiċċju Parrokkjali jew fis-sagristija.

11. Matul din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti fi Triq il-Fatati.

12. Dan il-weekend qed nagħmlu l-Cake sale għal Puttinu Foundation. Fejn il-bieb ta’ barra hemm xi helpers li qegħdin jgħinu billi jbiegħu cakes u figolli li d-dħul kollu minnu se jmur għal din il-kawza sabiħa u mod tajjeb għalina biex nagħmlu karita’ skont il-vanġelu. (Tkun ħaġa sabiħa jekk inħaffulhom ix-xogħol lil dawn il-helpers u nbattlu l-imwejjed li hemm barra l-knisja.)

Post a comment