No comments yet

Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2017

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent,

Sena B

1. Illejla l-Ħadd, niċċelebraw il-Velja tal-Milied fl-10.30 pm bil-kant mit-tfal u l-Kor Parrokkjali u l-prietka tat-tifel. F’nofsillejl niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata.

2. Nhar l-Erbgħa l-Kummissjoni Djakonija torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fid-dar ta’ Fra Diegu. Tibda’ b’quddiesa fid-9.30 a.m. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.

3. Nhar il-Ħadd hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa bil-kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm Adorazzjoni komunitarja. Fil- 11.00 pm tibda l-quddiesa u f’nofsillejl Barka Sagramentali. Wara niltaqgħu fis-Sala Dun Manwel biex nawguraw is-sena t-tajba lil xulxin.

4. It-Tnejn, l-Ewwel tas-Sena, hija s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla. Dak inhar huwa Jum importanti għall-parroċċa tagħna għax tagħlaq 50 sena bħala parroċċa, fis-6.30 pm se ssir quddiesa Solenni immexxija minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. Fiha nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li sawwab fuqna. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.

Post a comment