No comments yet

Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017

It-Tielet Ħadd ta’ Avvent,

Sena B

1. Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-novena tal-Milied. Fis-6.00 pm ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin Ġesu u ħsieb qasir qabel il-quddiesa.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
3. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa ta’ filgħaxija  tkun bis-sehem tat-tfal tal-Museum u l-ġenituri tagħhom.
4. Il-Ħadd, lejliet il-Milied,  fl-10.30 pm għanjiet mit-tfal. Fil-11.00 pm tibda il-Velja tal-Milied li tinkludi l-prietka tat-tifel. F’nofs il-lejl niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.
5. Infakkru li l-parroċċa tixtri kwantità ta’ ponsietti biex inżejnu l-artal għall-ġranet tal-Milied. Min jixtieq jista’ jagħti donazzjoni għal dan l-għan.

6. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru l-Kummissjoni Djakonija qed torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fid-dar ta’ Fra Diegu. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m., fiha ikun hemm il-prietka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
7. Wasal “Kliem il-Ħajja” ta’ Jannar – Marzu, għalhekk id-distributuri huma mitluba li jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.
8. Navżaw ukoll li bħalissa qed jinġabru l-envelopes bl-istrina għall-Parroċċa. Napprezzaw ħafna l-għotjiet tagħkom.
9. Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, se jkollna l-Father Christmas li se jqassam ir-rigali lit-tfal tal-Parroċċa. Min irid iwassal ir-rigali tiegħu b’dan il-mod huwa mitlub li jġibhom fis-Sala Dun Manwel sa nhar it-Tnejn bejn il-5.30 pm-8.00pm.
10. Nitolbu għal ruh Frans Mizzi li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Post a comment