Merħba mill-Kappillan

Nilqgħek bis-sliem fil-paġna elettronika tal-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun. Permezz tagħha tista’ tinforma ruħek dwar l-attivitajiet u l-inizjattivi tal-Parroċċa iżda mhux biss. Għandek issib ukoll riżorsi oħra sabiex titħeġġeġ u tidħol f’esperjenza ta’ talb u tifħir lil Alla l-Imbierek. Marija Immakulata hija l-mudell tad-Dixxiplu l-aktar perfett ta’ Ġesù Kristu. Hi tkompli tidderiġina kif għamlet fit-Tieġ ta’ Kana u tgħidilna: “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu”.

Il-paġna elettronika ġiet iddisinjata sabiex tinforma u toffri diversita’ ta’ interess għal persuni f’kull stat tal-ħajja għax fi triqatna lkoll neħtieġu għajnuniet spiritwali. Għalhekk merħba tassew u nittama li ssib mezz kif dak li jidher fiha jgħinek tiżviluppa t-twemmin tiegħek u tagħti glorja lil Alla, l-Għajn ta’ kull ġid.

Nixtieq ukoll li l-paġna elettronika tal-Parroċċa ma tkunx biss għal dan li semmejt, iżda li tmur lilhinn u sservi sabiex min jidħol fiha jagħti kontribut permezz ta’ suġġerimenti siewja li jagħmlu l-inizjattivi pastorali aktar miftuħa b’firxa akbar ta’ kontributuri u ideat ġodda. Dan huwa mitlub minn kull nisrani attiv għat-tixrid tal-Bxara t-Tajba u l-glorja t’Alla.

Nitlob lil Mulej ibierek lilek u jseddaq ix-xewqat tajba tiegħek.

Dun Mario

Avvenimenti fil qrib

  • No Upcoming Events Found

Avviżi Riċenti

  • Il-Ħadd 17 ta’ Lulju 2022 Is-Sittax-il Ħadd Matul is-Sena Ċ PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI     ĦAMRUN54, Triq Manwel Magri,Ħamrun  HMR 10, MaltaTel: 21232643                                                                               Avvizi Nhar il-Ħamis ikun...

  • Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2022 – Il-Festa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-Erbgħatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

    Avviżi 1.Illejla l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.immexxija minn Dun Paul Buttigieg u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, immexxija mill- W.R. Patri...