Alla Missier, aħna noffrulek il-pjagi divini ta’ Kristu, ibnek, għall-erwieħ tal-purgatorju, sabiex inti titħallas kif jixraq fil-ġustizzja tiegħek għad-djun tagħhom u tqegħidhom fil-ferħ etern tiegħek. Nitolbuk biex permezz ta’ din il-fidwa ta’ ibnek issaffi lil dawk l-erwieħ li għadhom jissaffew fil-purgatorju u twassalhom fil-hena ta’ dejjem. Ftakar ukoll fl-erwieħ tagħna, fil-ġenituri mejtin tagħna, fl-erwieħ abbandunati u f’dawk l-erwieħ kollha li jeħtieġu t-talb tagħna. Marija, għajnuna ta’ l-insara, idħol għalihom int u wassalhom fit-tgawdija ta’ dejjem.

Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

  • Taliana Antonia

  • Galdes Pauline

  • Bonello Bianco Connie

  • Mifsud Anthony

  • Tanti Rita

  • Curmi Francesco Saverio

  • Grech Maria

  • Caruana Philip

  • Zammit Lorenzo

  • Chircop Mary Anne