Il-Ħadd, 29 ta’ Ottubru, 2017
It-30 Ħadd ta’ matul is-sena, Sena

1. Nhar it-Tnejn bi preparazzjoni għall-festa tal-qaddisin kollha, il-quddiesa se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal. Wara jingħad ir-rużarju. Fis-7 pm se jkun hawn il-prova tal-griżma.

2. Nhar il-Erbgħa hija l-festa tal-qaddisin kollha Ir-ruzarju ikun fis-6pm.

3. Nhar il-Ħamis 2 ta’ Novembru ssir it-Tifkira Solenni ta’ Ħutna l-Mejtin Kollha. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: Filgħodu: 6.15; 6.45; 7.15; 7.45 u 8.15 am. Filgħaxija jkollna rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa konċelebrata għall-erwieħ tal-membri tal-Parroċċa li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra. Fis-7.15 pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

4. Il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-6.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.

5. Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna, se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-quddiesa tad-9.30 am. Minħabba li din il-Quddiesa ddum xi ftit iżjed mis-soltu, il-Quddiesa tal-11 am se toħroġ fil-11.15 am.

6. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja.

7. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa bil-quddiesa organizzat miċ-ċentru ta’ l-anzjani għall-kappella ta’ San Mattew il-Qrendi. Biljetti mingħand il-helpers.

8. Infakkrukom fil-Bazaar li qed isir fiċ–ċentru parrokkjali. Għalhekk inħeġġukom biex tiġu tixtru u tgħinu lill-knisja.

9. Infakkru lil dawk li għadhom ma ġabux l-envelope tal-Missjoni biex jagħmlu dan, jekk jista’ jkun, matul din il-ġimgħa. L-envelopes tistgħu iġġibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrokkjali.

 

10. Nitolbu għal ruħ Carmen Watson li mietet din il-ġimgħa. Aghtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd ta’ Avvent, Sena Liturġika B 1. Għada t-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-irġiel, se ssir il-laqgħa għal kulħadd minn Koperatur tal-Museum. 2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni  Ewkaristika fis-7 pm immexxija mill-Grupp Ħniena Divina. 3. Minn nhar il-Ġimgħa tibda’ n-novena tal-Milied. Fis-6.00 pm ikun hawn rużarju, kurunella...

Continue reading

Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2017

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent, Sena B 1. Nhar It-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa animata mil-Kor tal-Parroċċa tal-Qrendi. Nhar it-Tlieta fis-6.30 pm l-quddiesa tkun animata mil-Kor Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien. L-Erbgħa fis-6.30 pm ikollna quddiesa mmexxija minn-Grupp Żgħażagħ ta’ Medjugorie u wara Adorazzjoni Ewkaristika. 2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa fiċ-Ċentru tal-anzjani...

Continue reading

Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-sena – Sena A Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu 1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni fil-kappella organizzata mill-grupp Talb ta’ San Franġisk fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden. 2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Festa tal-Kunċizzjoni. Matul in-novena ser ikun hemm Rużarju Meditat u Kurunella...

Continue reading

Il-Ħadd 19 ta’ Novembru 2017

Il-Ħadd, 19 ta’ Novembru, 2017 It-33 Ħadd ta’ matul is-sena, Sena A 1. Nhar il-Erbgħa fis-7 pm ser issir taħdita fis-Sala Dun Manwel għal kulħadd organizzata mill-Azzjoni Kattolika tal-parroċċa bi tħejjija għat-tesserament. 2. Nhar il-Ħamis ikollna Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. 3. Nhar il-Ġimgħa fil-quddiesa tas-6.30 pm ikun hawn...

Continue reading

Il-Ħadd 12 ta’ Novembru 2017

Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, 2017 It-Tnejn u Tletin Ħadd matul is-sena , Sena 1. Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm fiċ-Ċentru ta’ l-Irġiel ikun hemm il-laqgħa ta’ tagħlim għal kulħadd minn membru tal-koperaturi tal-MUSEUM. 2. Nhar l-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju tas-saċerdoti mejtin li ħadmu f’din il-parroċċa. 3. Nhar il-Ħamis...

Continue reading

Il-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2017

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-sena Sena A 1. Nhar it-Tnejn ser ssir laqgħa ta’ tagħlim fuq l-Ewkaristija fiċ-Ċentru ta’ l-Irġiel fis-5.45 pm. Kulħadd huwa mistieden, speċjalment dawk li jiffrekwentaw il-kappella tal-Adorazzjoni. Imexxi Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. 2. Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara il-quddiesa tat-8.15...

Continue reading

Il-Ħadd 8 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-sena Sena A 1. Nhar it-Tnejn ser ssir laqgħa ta’ tagħlim fuq l-Ewkaristija fiċ-Ċentru ta’ l-Irġiel fis-5.45 pm. Kulħadd huwa mistieden, speċjalment dawk li jiffrekwentaw il-kappella tal-Adorazzjoni. Imexxi Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. 2. Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara il-quddiesa tat-8.15...

Continue reading