No comments yet

Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018 – It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

  1. Nhar it-Tnejn fis-7:00 pm fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel ikun hawn laqgħa għal kulħadd minn ko-operatur tal-Museum.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
  3. Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej 15 u 16 ta’ Settembru ser tiġi ċċelebrata ġurnata ta’ talb u ta’ għajnuna għall-Art Imqaddsa.  Nitolbu lil Alla biex idawwal l-imħuħ u jmexxi l-qlub tal-bnedmin biex ikun hemm il-paċi fl-Art Imqaddsa.  Il-ġabra tal-weekend li ġej tkun għall-Art Imqaddsa. Bl-Offerta tagħna nkunu qed ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u wkoll inkunu ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.
  4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Oscar Zammit.
  5. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera fid-9:00 pm. Ikollna trasport li jitlaq fit-8:15 pm.
  6. Minn nhar l-Erbgħa se jerġa’ jibda jiltaqgħu l-Kor Parrokkjali.  Nixtiequ nistiednu kemm irġiel u kemm nisa biex jidħlu fil-Kor.  Il-Kor jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa għar-rehearsals u dawk li huma interessati jagħtu servizz lill-parroċċa jistgħu jibdew minn nhar l-Erbgħa li ġejjin.

Post a comment