No comments yet

Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018

Is-Sitt Ħadd matul is-sena

Sena Liturġika

1. Għal matul il-50 anniversarju tal-parroċċa, għamilna kandelabru sabiex kull ġimgħa tinxtegħel xemgħa li tirrappreżenta waħda mit-toroq tal-parroċċa biex matul dik il-ġimgħa nitolbu għall-familji li joqgħodu f’dik it-triq. Il-familji tat-triq li jkun imissha, se jiġu avżati. B’hekk sal-aħħar tas-sena nkunu għamilna sensiela bħal katina sħiħa ta’ talb għall-familji kollha tal-Parroċċa tagħna.

2. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

3. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza/sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm quddiesa kantata.

4. Nhar l-Erbgħa fil-5.30 pm se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.

6. Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta’ Ġesu Kurċifiss. Nitilqu fis-6.00 pm. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm ikollna l-quddiesa.

7. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra u fis-6.10 pm jitkanta l-għasar u fis-6.30 pm quddiesa.

8. Nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar ikun hawn l-Eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun P. Richard S. Grech Provincjal tal-Franġiskani.

Post a comment