No comments yet

Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2017

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi

Sena Liturġika B

1. Illum il-Ħadd hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm nagħmlu Adorazzjoni. Fil- 11.00 pm tibda’ l-quddiesa u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofsillejl. Wara niltaqgħu fis-Sala Dun Manwel biex nawguraw is-sena t-tajba lil xulxin.

2. It-Tnejn, l-Ewwel tas-Sena, hija s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla . Il-quddies ikun bħal tal-Ħdud. Dak inhar se niċċelebraw il-50 sena mit-twaqqif tal-parroċċa. Fis-6.30 pm se ssir il-quddiesa Solenni li tfakkar dan l-avveniment immexxija minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici, l-Ewwel Kappillan tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden sabiex nirringrazzjaw lil Alla tal-grazzji kbar li tana f’dawn il-50 sena. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.

3. Il-Parroċċa taghna se tieħu sehem fil-festi li se jfakkru l-ħames ċentinarju tad-dehra tal-Madonna lil San Gejtanu. Nhar l-Erbgħa se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Gejtanu li se titlaq mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu fis-7.00 pm u tasasl fil-knisja tagħna. Tingħad il-kurunella u tingħata l-barka sagramentali. Il-Ġimgħa fis-7 pm isir pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Gejtanu, li jitlaq mill-Knisja tagħna lura lejn il-knisja ta’ San Gejtanu.

4. Nhar il-Ħamis se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7 pm.

5. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Minħabba li se jsir il-pellegrinaġġ ta’ San Gejtanu, l-adorazzjoni ssir fis-6.00 pm.

6. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa.

7. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw id-donazzjonijiet fl-envelopes bħala Strina għall-Parroċċa. Ninfurmaw li għar-restawr tar-raġġiera s’issa inġabru €1335. Grazzi wkoll lil dawn id-donaturi.

8. Navżaw li wara l-Għid se norganizzaw il-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Post a comment