No comments yet

Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-sena – Sena A
Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni fil-kappella organizzata mill-grupp Talb ta’ San Franġisk fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Festa tal-Kunċizzjoni. Matul in-novena ser ikun hemm Rużarju Meditat u Kurunella fis -6.00 pm u quddiesa bi ħsieb fuq il-Madonna. Dak inhar ukoll se jkun il-bidu tal-programm taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa. Dakinhar il-quddiesa se tkun bis sehem tal-Komunita’ Franġiskana u se tkun animata mill-Korijit tal-Knisja ta’ San Franġisk u l-Kor Parrokkjali.

3. Nhar il-Ħamis il-quddiesa se tkun animata mill-parroċċa ta’ Gwardamanġa.

4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, fil-qudddiesa ta’ filgħaxija se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini.

5. Nhar il-Ħadd huwa ukoll l-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent, għalhekk nhar is-Sibt , ir-rużarju jingħad fis-5.45 pm u wara jsir l-għasar. Fis-6.30 pm il-quddiesa.

6. Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u ssir il-ġabra speċjali b’risq il-knisja.

7. Għadna kemm irrestawrajna ir-raġġiera tal-Madonna li kellha bżonn ta’ tiswija, restawr u “polishing” apposta. Din ġiet tiswa elfejn ħames mija u disgħin euro (€2,590). Kull kontribuzzjoni tiġi apprezzata.

8. Nhar is-Sibt filgħaxija u matul il-quddies tal-Ħadd li ġej se jsir ċensiment mitlub mill-Kurja Arċiveskovili.

Post a comment